Malta għandha l-inqas rata ta’ qgħad fl-Ewropa u l-ekonomija dejjem tikber għax dan il-gvern jieħu d-deċiżjonijiet.Qal dan il-Prim Ministru Joseph Muscat f’intervista fuq One Radio.
Riżultat u d-deċiżjonijiet li ttieħdu minkejja li t-triq ma kinitx waħda faċli , b’numru ta’ kumpaniji li wara l-elezzjoni tkellmu li kienu se jkeċċu l-ħaddiema.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat innota li l-gvern li jmexxi hu huwa l-iktar wieħed li ħoloq xogħol u ġab riżultati ekonomiċi tajbin f’kull żmien. F’intervista fuq ONE Radio għamilha ċara li dan kien possibbli biss għax il-gvern ma beżax jieħu d-deċiżjonijiet.
Il-Prim Ministru semma numru ta’ deċiżjonijiet li dan il-Gvern ma beżax jieħu fosthom dawk dwar l-IIP, il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, child-care b’xejn u l-proġett ta’ St.Luke’s.
Biex il-gvern wasal għal dawn ir-rizultati u rnexxielu jkabbar l-ekonomija it-triq ma kinitx waħda faċli.
Kien hemm mumenti wara l-bidla fil-gvern fejn numru ta’ kumpaniji kellhom diffikultaijiet u ta’ dan kienu se jħallsu prezz il-ħaddiema.
Iżda, r-rotta nbidlet u bi 3500 persuna biss qgħeda l-isfida issa hija li hawn nuqqas ta’ nies li jistgħu jaħdmu.
Filwaqt li iridu ninkoraġixxu aktar persuni jaħdmu fil-qasam vokazzjonali u fis-setturi tat-turizmu u fis-setturi tal-farmaċija .
Il-Prim Ministru innota kif l-partit laburista meta kien fil-gvern dejjem iffaċja diversi sfidi fejn jidħol il-ħolqien tax-xogħol.
Matul l-intervista l-Prim Ministru nnota li x-xogħol f’pajjiżna żied, tant li ħaddieħor qed jiġi f’pajjiżna biex jaħdem u li din hija realtà ġdida għal pajjiżna.
Il-Prim Ministru tkellem ukoll dwar kif il-politika tal-Gvern hija li m’għandux iżid it-taxxi biex ikabbar id-dħul, iżda d-dħul jiżdied billi tikber l-ekonomija.
Kif fil-fatt qed isir fejn filwaqt li naqsu t-taxxi l-gvern daħħal iktar mit-taxxa tad-dħul u taxxi fuq il-konsum.