Fi tmiem din il-ġimgħa, fil-Padiljun tal-Iskola Nazzjonali tal-Isport f’Pembroke, mill-Ewwel Diviżjoni, iltaqgħu t-tim ta’ taħt id-dsatax-il sena ta’ Luxol kontra t-tim ta’ taħt il-wieħed u għoxrin sena ta’ Swieqi United. Minbarra l-logħba bilanċjata bejniethom, deher ċar l-impenn ta’ dawn iż-żewġ klabbs li jkompli jinvestu f’dan l-isport sa minn età żgħira.
It-tim ta’ Luxol ħareġ rebbieħ bl-iskor ta’ 6-3, b’tripletta ta’ Kemo Jackson, doppjetta ta’ Nathan Cope u gowl ta’ Jordan Kelly. Għal Swieqi United skurjaw Mark Muscat, Shaun Spiteri u Dylan Pace.
Mir-Rawnd tal-Elite din il-ġimgħa kellna lit-tim tal-Università ta’ Malta li tilef kontra Swieqi United bl-iskor ta’ 2-1 u tilef ukoll kontra Luxol bl-iskor ta’ 8-1.
Tarxien Rainbows ukoll sofrew żewġ telfiet, kontra Birkirkara bl-iskor ta’ 7-4 u kontra Valletta bl-iskor ta’ 6-0.