L-istħarriġ tal-Awtorità tax-Xandir reġa’ fisser riżultati b’saħħithom għall-istazzjonijiet ONE li għandhom l-iktar stazzjon tar-radju popolari b’udjenza medja kuljum ta’ 20.29 %, segwit minn Radju Malta b’14.9%. Anke f’dak li huwa televiżjoni r-riżultati ta’ ONE huma b’saħħithom b’udjenza medja li ssegwi biss dik tal-istazzjon nazzjonali. Fiż-żewġ każi ir-riżultati jiżbqu bil-kbir dawk ta’ Net Television u l-midja tal-Partit Nazzjonalista.
Fost oħrajn tispikka d-differenza fl-aħbarijiet b’ONE NEWS jilħaq l-ogħla udjenza ta’ 59,000 spettatur. Skont l-istħarriġ ONE NEWS huwa segwit iktar minn NET NEWS f’kull ġurnata fi ġranet minnhom b’differenza ta’ anke tliet darbiet iktar. ONE NEWS baqa’ wkoll l-iktar produzzjoni segwita fuq ONE. Il-programm Pjazza, li jixxandar kuljum qabel l-aħbarijiet ta’ ONE huwa l-iktar segwit fil-ħin tiegħu fil-maġġoranza tal-jiem tal-ġimgħa.
Fost l-iktar programmi li jissemmew bħala favoriti mal-Maltin hemm Tereża u Klassi għalina li jixxandru fuq ONE.