Is-Sindku tal-Għasri, li ġie elett f’isem il-Partit Nazzjonalista rriżenja mill-partit ta’ Bernard Grech.
Fuq facebook, is-Sindku Għawdxi Daniel Attard ppubblika l-ittra tar-riżenja li bagħat lis-Segretarju Ġenerali Nazzjonalista Michael Piccinino.
Attard qal li huwa se jibqa’ Sindku indipendenti u jaħdem fl-interess tar-residenti tal-Għasri.
Attard huwa ieħor li rriżenja jew irtira mill-Partit Nazzjonalista waqt kampanja elettorali dan hekk kif fl-ewwel jum tal-kampanja, erba’ Deputati Nazzjonalisti; Kristy Debono, Clyde Puli, Claudio Grech u Mario Galea rtiraw il-kandidatura tagħhom.
Galea saħaq li huwa xtaq joħroġ għall-elezzjoni iżda l-Partit Nazzjonalista għamillu ħajtu infern u kien hemm nies qrib it-tmexxija ta’ Bernard Grech li għajruh bis-saħħa mentali.
Qabel dawn l-erba’ deputati rtiraw u rriżenjaw kandidati oħra fosthom Hermann Schiavone u Roselyn Borg Knight.