Fi stqarrija l-Ministeru tas-Saħħa qal li ġiet riveduta l-lista l-oranġjo, li tinkludi pajjiżi li meta passiġġiera jkunu ġejjin Malta, minnhom għandhom jippreżentaw test negattiv tal-Covid-19.
Fost il-pajjiżi li żdiedu ma’ din il-lista hemm l-Awstrija, it-Tuneżija, l-Ungerija, l-Iżvizzera, il-Portugall, Spanja, ir-Renju Unit u oħrajn.
Il-Ministeru għas-Saħħa saħaq li vjaġġaturi ġejjin f’Malta minn xi wieħed fost dawn il-pajjiżi li jonqsu milli jipproduċu dan it-test, jistgħu jkunu sottomessi għall-ittestjar f’Malta u jistgħu jkunu soġġetti għal kwarantina.
Il-lista riveduta ta’ pajjiżi hija:
- L-Awstrija
- Il-Belġju (l-ajruporti kollha)
- Il-Bulgarija
- Franza (l-ajruporti kollha)
- Il-Ġermanja (l-ajruporti kollha)
- L-Irlanda (l-ajruporti kollha)
- L-Italja (l-ajruporti kollha minbarra Sqallija u Sardenja)
- Il-Lussemburgu
- L-Olanda (l-ajruporti kollha)
- Il-Polonja (l-ajruporti kollha)
- Il-Portugall (l-ajruporti kollha)
- Ir-Renju Unit (l-ajruporti kollha)
- Ir-Repubblika Ċeka
- Spanja (l-ajruporti kollha)
- L-Iżvizerra (l-ajruporti kollha)
- It-Tuniżija
- L-Ungerija
Dan l-avviż dwar il-lista riveduta ta’ pajjiżi ser jidħol fis-seħħ il-Ġimgħa 27 ta’ Novembru f’nofsillejl.