Philip Cachia ta’ 46 sena minn San Ġwann ġie ordnat iħallas €4,000 wara li tressaq il-Qorti talli fid-9 ta’ April li għadda xandar xi materjal sesswali privat tas-sieħba tiegħu mingħajr il-kunsens tagħha.
Huwa ammetta l-akkużi miġjuba kontrih.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Doreen Clarke ħadet nota tan-natura tal-każ kif ukoll il-koperazzjoni tal-imputat mal-pulizija.
It-tfajla ħafret lis-sieħeb tagħha filwaqt li ddikjarat li mhux se tkompli tipproċedi.
Cachia ġie ordnat iħallas il-multa ta’ €4,000 fi żmien sena u nofs.