Zewg imħazen tal-karnival ħadu n-nar fil-Marsa ħdejn il-Biċċerija.
Jidher li n-nirien huma inkontrollabli fis-sular ta’ fuq tal-imħazen tant li ssejħu ħames vetturi tat-tifi tan-nar fuq il-post. L-operazzjoni qed titmexxa mid-Deputat Direttur tal-Protezzjoni Ċivili Peter Paul Coleiro. Bħalissa qed jittieħdu diversi prekawzjonijiet hekk kif f’maħzen partikolari hemm kimika li tista tkun velenuża jekk taqbad.
Ufficjali tal-Protezzjoni Ċivili saħansitra daħlu ġewwa biex ħarġu vann minn ġol-maħżen.
Il-bini hu wieħed ikkundannat u għalhekk l-uffiċjali kienu aktar kawti f’xogħolhom u għal xi ħin ma setgħux jidħlu fil-biċċa tal-imħażen li qed tieħu n-nar. Iktar tard dawn bdew deħlin bil-mod fejn jidher li s-soqfa tal-binja ċedew.
Kawża tar-riħ in-nirien imxew ‘l ġewwa u qed jagħmilha iżjed diffiċli għall-uffiċjali biex jitfu n-nirien. Filfatt bdiet tintuża vettura speċjalizzata tat-tifi tan-nar sabiex permezz tagħha jkun jista’ jintefa in-nar li qed jaħkem il-parti ta’ ġewwa tal-maħżen.
Fuq il-post wasal ukoll id-Direttur tal-Protezzjoni Ċivili Emanuel Psaila. Fuq il-post qal li fl-imħazen hemm xi klieb, filfatt il-Protezzjoni Ċivili se jintużaw kameras u drones sabiex jaraw. Spjega wkoll li l-uffiċjal qed jaħdmu b’defensive mode mhux offensive hekk kif qed jitfu n-nirien minn barra. Ikkonferma wkoll li ma hemm l-ebda persuni maqbuda ġewwa.
Min-nirien il-Protezzjoni Ċivili salvaw żewġ hamsters.
one.com.mt ħa kumment ta’ Redeemer Casha, dilettant tal-Karnival u sid l-imħażen li spjega s-sitwazzjoni fuq il-post.
Ħadna wkoll il-kummenti tad-Deputat Direttur tal-Protezzjoni Ċivili Peter Paul Coleiro