Grazzi għal ritratt miġbud mill-James Webb Telescope, astronomi rnexxielhom jiksbu tagħrif ġdid dwar il-pjaneta Saturn, li tinsab 1.5 miljun kilometru ’l bogħod mid-dinja.
Kif jixhed ir-ritratt li ġie ppubblikat, il-pjaneta tidher pjuttost skura minħabba li l-gass Metan fuqha qed jassorbi d-dawl kollu, waqt li ċ-ċrieki madwarha jidhru jixgħelu u għalhekk joħolqu dehra unika.
Milli jidher ukoll, il-pjaneta Saturn għandha l-istaġuni tagħha, fejn il-parti ta’ fuq tal-pjaneta għaddejja fis-sajf, waqt li n-Nofsinhar tagħha jinsab f’xitwa mudlama.
Ir-ritratt juri ukoll it-tlett iqmura madwar il-pjaneta Saturn, Dione, Enceladus u Tethys.