Bosta pajjiżi jiippromwovu l-pajjiż biex jiġbdu l-attenzjoni tat-turisti, u mod minnhom huwa li jkollhom messaġġ qasir u uniku.
Sit Brittaniku li jkollu offerti ta’ vaganzi bl-aħjar prezzijiet, Family Break Finder, ġabar kważi kull slogan tal-pajjiżi u fosthom hemm ta’ Malta.
Filwaqt li lanqas bħala tikka ma tidher fuq il-mappa, l-isem Malta jinsab miktub flimkien mal-messaġġ li jippromwovi lil din il-ġżira ċkejkna mimlija sbuħija u l-messaġġ huwa “Truly Mediterranean – Verament Mediterranja”.