Ċertu Daniel Clarke ta’ 20 sena minn Hampshire l-Ingilterra kien qed jivjaġġa minn Bangkok għal Nakhom Si Thammarat, fil-Tajlanda.
Kellu jkun vjaġġ sfortunat li wassal biex bħalissa qed jissielet għal dawk li jistgħu jkunu l-aħħar nifsijiet ta’ ħajtu. Aktarx li ż-żagħżugħ waqa’ mill-ferrovija, li kellha bibien miftuħa u ebda mekkaniżmu biex dawn jingħalqu.
Huwa stab mal-art minn sewwieq ta’ ferrovija oħra, bid-demm ħiereġ minn wiċċu u mitluf mis-sensi.
Żvolta stramba għal dan kollu huwa l-fatt li jumejn qabel l-inċident terribbli, Clarke poġġa ritratti tiegħu fuq Facebook jieħu ritratti b’nofs ġismu barra mit-tieqa ta’ ferrovija. Mhux eżkluż li prova jagħmel l-istess meta seħħ l-inċident.