Dawn ir-ritratti juru l-ewwel ġurnata ta’ xogħol għal dawn il-ġriewi – iżda minkejja li huma ċkejknin il-missjoni ta’ dawn il-klieb hija waħda kbira u importanti.
L-irwoli tagħhom ivarjaw minn klieb tal-pulizija, klieb tal-militar, klieb li se jkunu qed jassistu f’każijiet ta’ nirien filwaqt li oħrajn se jkunu qed iservu ta’ gwida għal persuni nieqsa mid-dawl u dawk neqsin mis-smigħ flimkien ma ġriewi oħra li l’quddiem se jkunu qed joffru assistenza medika u assistenza lil persuni b’diżabilità.
Il-maġġoranza tal-klieb huma tar-razza Golden Retriever u Golden Sheperd għaliex huma magħrufin għal kemm huma kapaċi jitgħallmu.
Is-sens tax-xamm ta’ dawn il-klieb huwa 50% aktar minn dak tal-bniedem, li jgħin lil dawn il-klieb biex jassistu lil ħaddiema fid-dipartiment tal-Pulizija u tal-Protezzjoni Ċivili.
Għad-differenza ta’ ħwejjeġ oħra li nlibbsu lill-annimali tagħna, dawk li jilbsu dawn il-klieb hija l-uniformi tagħhom. Liema uniformi permezz tagħha persuni oħra jindunaw li l-kelb għaddej b’ħidma importanti. Wieħed irid jiftakar li m’għandux ikellem, jagħti ikel jew imiss lil klieb li jkunu qed jagħtu servizz hekk kif dan jaf jaffettwa l-operazzjoni li jkunu qed jaħdmu fuqha.
Dawn ir-ritratti juru sensiela ta’ klieb minn madwar id-dinja, fl-ewwel ġurnata ta’ servizz tagħhom: