Residenti tal-Imtafra żraw mal-400 siġra indiġena madwar il-lokal tul Tmiem il-Ġimgħa li għaddiet. Fost dawn, wieħed jista’ jsib ħarrub, siġar ta’ Ġuda, tar-rand, u tal-għargħar.
F’messaġġ fuq Facebook, is-Sindku tal-Imtarfa Daniel Attard qal li dan huwa l-aktar proġett li jagħmlu kburi fost dawk li jsiru f’din il-lokalità.
“Fi żmien fejn l-armonija bejn il-bniedem u n-natura ddeterjorat, aħna qed nagħmlu l-parti żgħira tagħna biex nagħmlu differenza”, temm jgħid is-Sindku.