Filmat mtella’ fuq il-midja soċjali juri l-mument meta ġie salvat wieħed miż-żewġt iklieb maqbuda fin-nar li ħakem iż-żewġt imħażen tal-Karnival fil-Marsa.
Il-filmat juri ħaddiem tal-Protezzjoni Ċivili jorbot il-kelb b’mod sigur sabiex ikun jista jittella’ ma ċint fejn jistennewh kien hemm membri oħra tal-Protezzjoni Ċivili.
Iktar qabel: Żewġt iklieb maqbuda fin-nirien fl-imħażen tal-Karnival fil-Marsa ġew salvati minn membri tal-Protezzjoni Ċivili.
Il-klieb inqabdu fin-nirien u għal xi ħin ma setgħux jiġu salvati ħabba l-perikli fil-binja.