Din hija t-tifla tal-eks mudella Ingliża Katie Price. L-omm għaddejja tirriklama t-tieni qamar-il għasel tagħha ma’ żewġha Kieran Hayler fil-Maldives permezz ta’ Instagram.
Ritratt taċ-ċkejkna Princess, li għandha disa’ snin, ħoloq kontroversja sħiħa, għaliex ħafna qed jikkundannaw il-fatt li t-tifla għandha poża provokattiva.
Princess hija bint il-mudella glamour, li llum għandha 38 sena, u l-eks raġel tagħha Peter Andre.
Taħt l-istorja, l-omm kitbet: ‘Princess loving her holiday, wearing hat from @creativeedgeattire love these fur flip flops @prettybowchic’.
Kien hemm ukoll min qabeż għal Price, u qal li llum ħafna tfal jidhru f’pożi hekk. Kien hemm min osserva li t-tifla mhux qed tintuża għal skop ħażin u li min jaħseb ħażin, sinjal li moħħu maħmuġ. Wara kollox, it-tifla tara lill-ommha timmudella, u aktarx tagħmel bħalha.
Int x’taħseb?