Fi stqarrija mill-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali intqal li filwaqt li kull ċittadin dejjem huwa mitlub biex ikun kawt u jieħu kull prekawzjoni kontra kull forma ta’ kriminalità, jiġbed ukoll l-attenzjoni illi ritratt avviż li qed jidher u jitqassam fuq diversi media soċjali mhux wieħed maħruġ mill-ebda dipartiment tal-Gvern Malti, kif jidher b’mod ċar mil-logo u saħansitra mill-isem tad-‘Department of Home Affairs’ li hawn Malta ma jeżistix. Il-logo u d-‘Department of Home Affairs’ jinsab ġewwa l-Afrika ta’ Isfel.
Avviż li qed jidher b’dan il-logo u bl-isem tad-dipartiment bl-ebda mod m’għandu relazzjoni ma’ pajjiżna iżda għandu x’jaqsam ma’ pajjiż ieħor barrani u għalhekk għandu jiġi injorat.