Bit-titjira EK109 minn Dubai, waslu ċ-ċiklisti li kienu protagonisti fit-18–il edizzjoni tal-LifeCycle Challenge. L-isfida din id-darba ħadithom iż-Żambia, b’ħamsa minn għaxar ċiklisti jlestu din l-isfida b’suċċess.
Mal-wasla tagħhom fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta laqgħuhom il-familjari li kienu qed jistennewhom ħerqana wara ġimgħatejn jistennewhom fuq ix-xwiek.
https://www.youtube.com/watch?v=4DOrnP4GAhQ
Jonqos biss li jsir magħruf l-ammont totali ta’ fondi miġbura minn dan l-għan nobbli, bil-flus imorru għar-renal unit fl-Isptar Mater Dei. Iċ-ċiklisti kellmuna dwar dan u aktar.
https://www.youtube.com/watch?v=ASl0A85teeo