Wara li Omm Samuel Farrugia, it-tifel li huwa nieqes mid-dawl u li seraq l-attenzjoni tal-bosta għall-kuraġġ tiegħu, esprimiet id-diżappunt tagħha meta Samuel u ħabib tal-familja tħallew barra għax kellhom kelba gwida, omm Samuel, Mary Rose Farrugia, issa qed tirringrazzja lil kulħadd fosthom għadd ta’ sidien ta’ ristoranti li kkuntattjawha u stidnuhom għandhom.
L-omm bdiet il-messaġġ tagħha fuq is-sit soċjali Facebook billi ċċarat punt kif filwaqt li kien hemm bosta li ħasbu li kien Samuel li tħalla barra minħabba l-kelb tiegħu, kien ħabib tal-familja li ukoll nieqes mid-dawlu u li kellu l-kelb gwida, dan għax Samuel għadu wisq żgħir biex għalissa jkollu kelb gwida.
Hi kompliet billi rringrazzjat lil kulħadd, fosthom lil għadd ta’ sidien ta’ ristoranti li ċemplulha jew bagħtu messaġġ biex jgħidulhom biex imorru għandhom