Jesus Reina, iż-żagħżugħ mill-Venezwela li safa vittma ta’ inċident tat-traffiku fil-Marsa, kien deskritt bħala l-aktar persuna b’natural ħelu minn sħabu li kienu jafuh.
Huma bosta l-persuni li qed ifakkru l-memorja tiegħu fuq il-mezzi soċjali; speċjalment persuni li ltaqgħu miegħu f’pajjiżna, fejn kien jgħix flimkien mal-għarusa tiegħu.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-post fejn kien jaħdem, stabbiliment fil-Gżira, ħabbar jum ta’ luttu biex ifakkar il-memorja tiegħu.
Il-każ seħħ ibieraħ, għall-ħabta tas-14:10 fi Triq Diċembru Tlettax, il-Marsa.
Iż-żagħżugħ intlaqat minn Mercedes Benz C250 misjuqa minn raġel ta’ 66 sena residenti l-Fgura. Ambulanza ħadet llill-vittma l-Isptar Mater Dei, iżda kien iċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.
