Ristorant f’Venezja, L’Antica Carbonera, kellu jagħlaq il-bibien darba għal dejjem wara 130 sena miftuħ. Dan wara snin ta’ problemi ekonomiċi fil-pajjiż, bil-pandemija serviet bħala l-aħħar daqqa għal dan in-negozju.
Ir-ristorant għandu madwar €38,000 f’kirja mhux imħallsa bil-problemi ekonomiċi bdew jieklu biċċa biċċa min-negozju. Kienet il-pandemija li serviet bħala d-daqqa finali li temmet kull tip ta’ tama lin-negozju jerġa’ jqum fuq siequ.
Dan ir-ristorant kelly karatteristiċi partikolari fejn fih issib biċċiet mill-jott Miramar ta’ Francesco Giuseppe II u tal-prinċipessa Sissi.