Ristorant li jinsab fil-bajja ta’ San Ġorġ inħakem minn nirien wara li żviluppaw xi ħsarat fis-sistema tal-gass. Il-każ seħħ għall-ħabta tas-6:10 tal-Ġimgħa filogħdu. Immedjatament fuq il-post intalbet l-assistenza ta’ membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li tfew in-nirien li nħalqu nferxu lejn partijiet oħra tar-ristorant.
Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.