Il-Partit Laburista rċieva rispons tajjeb għall-ktieb dwar l-ewwel għaxar snin fit-tmexxija ta’ Joseph Muscat.
Il-Kap Eżekuttiv tal-Partit, Dr. Randolph De Battista, spjega kif fi tlett ijiem kien hemm elf persuna li ddeċidew li jkunu parti minn dan il-proġett interessanti u fil-jiem li ġejjin mistennija jingħaqdu iktar.
Għalkemm konna qed nistennew li se jiġu ammont ta’ nies konna sorpriżi bl-ammont qawwi ta’ persuni fl-ewwel tliet ijiem ta’ din l-inizjattiva. Biex iniżżlu isimhom dwar il-ktieb storiku qal Randolph Debattista.
De Battista spjega kif in-nies ma qatgħu xejn iżuru ċ-Ċentru Nazzjonali Laburista.
Filwaqt li f’Għawdex l-applikazzjonijiet qed jintlaqgħu fiċ-Ċentru Laburista tar-Rabat.
L-orizzont u l-gazzetta KullĦadd qed jippublikaw ukoll il-formoli li jistgħu jintbagħtu bil-posta.
De Battista ta togħma ta’ x’se tkun tinkludi l-pubblikazzjoni.
Mhux bijorgrafika bħal tas-soltu li jinkitbu fuq politiku. Imma ħa jkollok numru ta’ persuni prominenti tal-pajjiz minn oqsma prominenti tal-ħajja u mhux biss ġejjin mill-kamp tal-Partit Laburista li se jkunu qegħdin jaqsmu l-esperjenza tagħhom dwar Joseph Muscat u kif biddel il-ħajja tagħhom il-PL u l-pajjiż.
Iżda Randolph De Battista spjega kif fuq kollox il-Partit Laburista jrid li dan il-ktieb ikun il-ktieb tan-nies.
Jien ngħid li dawk in-nies li għadhom ma niżlux isimhom. Niżżlu isimkom ejjew iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista għax fi żmien li ġej se nħabbru iktar sorpriżi. Din hi inizjattiva tan-nies. Dan mhux il-ktieb ta’ JM jew il-PL. Dan il-ktieb tan-nies.