Stħarriġ li wettqet il-Kamra tal-Kummerċ wera li n-negozji laqgħu b’mod pożittiv il-miżuri li ħabbar il-Gvern biex jgħin lin-negozji li ntlaqtu mill-pandemija tal-Coronavirus.
Il-Kamra Kummerċ qalet li l-biċċa’l kbira ta’ dawk in-negozji li ġejjin minn setturi milquta mill-pandemija fosthom dawk fl-oqsma tat-turiżmu kienu pożittivi speċjalment għall-aħħar pakkett t’għajnuna li ħabbar il-Prim Ministru Robert Abela.
Il-Kamra tal-Kummerċ qalet li dan l-aħħar studju jistma li t-telf tal-impjiegi se jonqos bin-nofs bl-għajnuna li qed jagħti l-Gvern.
Bl-aħħar pakkett t’għajnuna, fost l-oħrajn, il-Gvern se jħallas paga ta’t mien mitt ewro fix-xahar lil sittin elf ħaddiem li jaħdmu f’oqsma li ntlaqtu mill-imxija tal-Covid-19.