Rispons pożittiv mis-sindku ta’ Ħaż Żabbar għat-tliet proġetti ta’ green pockets li ġew inawgurati fil-jiem li għaddew fil-kokalità.
Dawn l-irkejjen ħodor joffru ambjent sabiħ fl-urban mingħajr ma jinħoloq ebda xkiel fl-użu eżistenti tat-toroq u msieraħ li fihom isiru. Il-proġetti ġew iffinanzjati mill-Fond Nazzjonali għall-Iżvilupp Soċjali.
It-tliet proġetti msemmijin huma ta’ Triq is-Santwarju, iż-żona tal-Biċċieni, u Triq Santa Duminka. Fost l-oħrajn, saret integrazzjoni mill-ġdid tat-telephone box li tinsab fiż-żona tal-venda l-antika kif ukoll manutenzjoni tal-użu tal-ġibjuni.
Is-sindku ta’ Ħaż-Żabbar, Jorge Grech, sostna li dawn it-tliet proġetti urbani ntlaqgħu b’mod posittiv ħafna mir-residenti u taw dehra ġdida li tippromovi l-ambjent u s-sostenibbiltà.
“Proprju f’dawn it-tliet żoni differenti qegħdin naraw qalba ħafna għall-aħjar ta’ dawn iż-żoni illi eventwalment rajna taħlita ta’ embellishment kif ukoll żoni għall-parkeġġi għan-nies u residenti tal-madwar. ”
Apparti minn hekk dawn il-proġetti joffru post fejn ir-residenti jistgħu jirrilassaw u jipparkjaw il-vetturi tagħhom fid-dell, dan minħabba l-fatt li l-parkeġġi għandhom green roofs b’pavimentar ġdid.