Jekk tiekol laħam ipproċessat bħall-bacon u zalzett b’mod regolari, għandek iktar riskju li jaqbdek kanċer fis-sider.
Riċerka ppubblikata fl-aħħar ħin hija eku ta’ dak li saħħqet l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, il-WHO, madwar sentejn ilu.
Din kienet qalet li nisa li jinkludu ħafna laħam ipproċessat fid-dieta tagħhom għanhom 9% iktar ċans li jaqbadhom kanċer fis-sider.
L-aħħar studju sar fuq iktar minn miljun mara madwar id-dinja.