Fl-aħħar konferenza tal-aħbarijiet tiegħu bħala Prim Ministru tar-Renju Unit, Rishi Sunak ħabbar li se jkun qed jirriżenja minn Kap tal-Partit Konservattiv Brittaniku. Dan wara l-akbar telfa elettorali għall-Partit Konservattiv fl-elezzjoni tal-Ħamis.
Barra 10 Downing Street, Sunak qal li mhux se jkun qed jirrizenja immedjatament minn Kap tal-Konservattiva, imma se jibqa’ hemmhekk sakemm ikun hemm is-suċċessur tiegħu.
Rishi Sunak sostna li hu jerfa’ r-responsabbilità għal dan ir-riżultat, waqt li sostna li jirrispetta r-rieda tal-poplu fl-elezzjoni.
Hekk kif ħalla Downing Street għall-aħħar darba bħala Prim Ministru, Sunak ta r-riżenja tiegħu mill-kariġa ta’ Prim Ministru lir-Re Karlu III, fil-Palazz ta’ Buckingham. Bir-Re tar-Renju Unit aċċetta din ir-riżenja ta’ Sunak.