Ftit tal-ħin ilu, Rishi Sunak iddikjara li se jikkontesta għal mexxej tal-Partit Konservattiv u b’hekk Prim Ministru tar-Renju Unit.
Dan hekk kif sa nhar il-Ġimgħa li ġej, il-membri tal-Partit Konservattiv iridu jagħżlu l-mexxej tagħhom. B’dan se jkun qed jieħu post Liz Truss, li rriżenjat minn Prim Ministru Brittaniku wara 44 ġurnata.
Sunak kien Ministru għall-Finanzi taħt it-tmexxija ta’ Boris Johnson u kien ikkontesta għal kariga ta’ Prim Ministru u mexxej tal-Partit tal-Konservattivi, f’Settembru li għadda. B’din il-kontestazzjoni ntrebħet minn Liz Truss.
S’issa kkonfermat li ħierġa wkoll Penny Mordaunt.