Fl-2025, se jkompli r-rinnovar u t-tisbiħ f’diversi djar tal-anzjani, inkluż dawk fiż-Żejtun, il-Mosta u l-Imtarfa.
Se jinfetaħ ukoll Ċentru għall-Anzjanità Attiva fl-Isla, filwaqt li se tiġi estiża l-iskema tal-għajnuna għall-kiri ta’ sodod motorizzati.
Dan filwaqt li, bil-ħsieb ta’ kwalità ta’ ħajja aħjar, se tkompli l-ħidma biex tiġi indirizzata l-istrateġija l-ġdida tad-dimensja.
L-investiment se jkompli wkoll fir-Residenza San Vinċenz De Paul, permezz ta’ Renal Unit inkorporata fih u magna ġdida tal-MRI. Hemm ukoll il-ħsieb li jkun hemm binja ġdida għall-kura intermedjarja u żewġ swali addizzjonali, waħda psikoġerjatrika u oħra għall-kura paljattiva.
L-għotja lill-anzjani ta’ bejn il-75 sena u d-79 sena, li jgħixu fi djarhom, jew xi dar residenzjali li jħallsu għaliha minn buthom, se tiżdied b’€50 għal €350.
L-għotja lill-persuni fl-età ta’ 80 sena se terġa’ tkun ta’ €450.
Se tiżdied ukoll l-iskema Carer at Home b’€500 biex is-sena d-dieħla titla’ għal €8,500 fis-sena.