Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson li għadu kemm kien ikkonfermat Prim Ministru fl-elezzjoni ġenerali li saret il-Ħamis li għadda, se jkun qed iżur it-Tramuntana tal-Ingilterra bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tar-rebħa elettorali tiegħu. Huwa se jkun qed jiltaqa’ ma’ membri parlamentari Konservattivi ġodda, li wħud minnhom ġew eletti minn żoni li kienu tradizzjonalment Laburisti.
Johnson irringrazzja lill-votanti Laburisti li vvutaw lill-Partit Konservattiv għall-ewwel darba li wasslu biex jagħtu rebħa komda b’maġġoranza ta’ 80 siġġu. Din il-maġġoranza daqstant kbira għall-Konservattivi ilha ma seħħ mill-1987. B’kuntrast, il-Partit Laburista Ingliż sofra l-agħar riżultat elettorali tiegħu sa mis-snin 30.