Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma rrappurtat rimi ta’ materjal mux domestiku, u illegali fid-drenaġġ li wassal għal tnaqqis fl-ossiġnu fl-impjant tan- New Water.
Kawża ta’ dan it-trattament tal-ilma twaqqfet għal xi ħin bħala prekawzjoni, u mistennija tkompli iktar tard dalgħodu.
Il-Korporazzjoni sostniet li r-rimi ta’ materjal illegali huwa reat kriminali li jagħmel ħsara kbira u jfixkel il-ħidma tagħha.
Kull min jissuspetta xi reat, jew jesperjenza problemi fid-drenaġġ jista’ jirrapporta lill-Korporazzjoni fuq 8007 6400 jew jibgħat email fuq customercare@wsc.com.mt