Badminton Malta ċċelebrat staġun ieħor ta’ suċċess permezz ta’ avveniment soċjali fejn ġew ippreżentati t-trofej u l-medalji li ntrebħu matul l-istaġun 2016/17. Il-preżentazzjoni, li saret fil-pixxina l-ġdida ta’ Birżebbuġa, saret mis-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat Clifton Grima, li ppreżenta t-trofej u medalji lir-rebbieħa ta’ diversi kompetizzjonijiet li saru fl-aħħar staġun, fosthom il-Kampjonati Nazzjonali tal-2017. Ġew rikonoxxuti b’mod speċjali wkoll il-coaches tal-Akkademja Nazzjonali kif ukoll it-team tal-badminton tal-MESA li rebaħ id-deheb fil-Kampjonati Ewropej tal-Kumpaniji li saru f’Ghent, il-Belġju.
Is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima, filwaqt li awgura lil Matthew Abela fil-pass tiegħu lejn id-Danimarka, fejn se jingħaqad mal-Badminton Europe’s Centre of Excellence, saħaq li “għandna nkomplu naħdmu id f’id sabiex nespandu dan l-isport”. Is-Segretarju Parlamentari rringrazzja wkoll lill-ġenituri tal-atleti li qed jagħtu l-appoġġ tagħhom b’mod kontinwu sabiex ikomplu jikbru f’dan l-isport.
Min-naħa tiegħu, il-President ta’ Badminton Malta Chris Spiteri faħħar l-impenn ta’ ħafna mill-players Maltin li qegħdin jagħmlu l-almu kollu tagħhom biex jiksbu s-suċċessi u r-riżultati mixtieqa. Huwa kompla jgħid li riflessjoni ta’ dan hija l-għażla li saret minn Badminton Europe biex Matthew Abela jkun parti miċ-Ċentru ta’ Eċċellenza fid-Danimarka, li fih se jkollu ċans jitħarreġ b’mod permanenti f’ambjent professjonali. Huwa saħaq li dan kollu ma jkunx possibbli mingħajr l-impenn sħiħ tal-coaches, familjari, amministraturi u l-appoġġ ta’ Sport Malta u l-Kumitat Olimpiku Malti, li flimkien mas-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjjat jagħtu dak kollu li jistgħu biex ikomplu jagħtu r-rigal sportiv lil ħafna atleti. Huwa faħħar l-impenn tas-Segretarju Parlamentari Grima biex ikompli jipproteġi l-integrità ta’ l-isport filwaqt li jkompli jagħti appoġġ lil assoċjazzjonijiet sportivi.