Michael Bajada, minn Santa Marta Day Centre, huwa r-rebbieħ tal-Premju Nazzjonali Ħaddiem tas-Sena 2024.
Dan il-prempju kien maqsum fuq għaxar kategoriji fuq aspetti varji u l-premijiet ġew ppreżentati mis-Segretarju Parlamentari Andy Ellul.
Christabel D’Amato li taħdem fi ħdan Special Olympics Malta ġiet rikonoxxuta bħala Maniġer tas-Sena filwaqt li Dr Josianne Cutajar, il-Kap Eżekuttiv tal-OHSA rebħet il-premju Kap tas-Sena.
It-tim tas-sena ntrebaħ minn FSWS ACTS, li jipprovdu servizzi terapewtiċi filwaqt li l-Kamra tal-Kontroll Shift B fi ħdan id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ġew rikonoxxuti għall-aktar organizzazzjoni inklussiva.
Cristabelle Damato ġiet rikonoxxuta għall-iktar organizzazzjoni li tippromwovi l-bilanċ bejn il-ħajja privata u x-xogħol. Lottoland rebħet il-premju għall-iktar kumpanija li tippromwov r-responsabbiltà soċjali. Il-premju l-aħjar imprenditur ingħata lil Eman Pulis minn Sigma, filwaqt li l-premju għall-iktar mexxejja żagħżugħa ispiranti intrebaħ minn Muriel Grech ta’ MG Projects.
Unur speċjali ngħata lill-President Emeritu Marie Louise Coleiro Preca li ġiet onorata bil-Lifetime Achievement Award.