Atleti minn diversi dixxiplini sportivi ingħataw rikonoxximent għas-sehem tagħhom fl-isports u għall-unuri li rnexxilhom jiksbu barra minn Malta. Il-Prim Ministru Joseph Muscat preżenta dawn l-unuri ftit tal-ħin ilu flimkien mas-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-isport, Chris Agius. Iż-żgħażagħ preżenti ġejjin minn diversi dixxiplini, fosthom bowling, sparar, triathlon u weight lifting.