Ftit tal-ħin ilu, grupp ta’ atleti Maltin minn dixxiplini sportivi differenti bħal kick boxing, tiġrijiet taż-żwiemel u sailing gew mogħtija rikonoxximent tas-suċċessi tagħhom barra minn xtutna.
Erba’ atleti ngħataw rikonoxximent tas-suċċess li għamlu f’kompetizzjonijiet tat-tiġrijiet taż-żwiemel, disa’ għal dawk tas-sailing u ħamsa għall-kompetizzjonijiet ta’ kick boxing.
Dan ir-rikonoxximent ingħata mill-Prim Ministru Joseph Muscat. Fid-diskors tiegħu huwa saħaq fuq il-bżonn li dawn ir-riżultati fuq il-mezzi tax-xandir lokali jibdew jieħdu prominenza bħal futbol u basketball.
Żied jgħid li issa l-isfida li jmiss hija li minkejja l-ispazju limitat, nżiedu l-faċilitajiet sabiex b’mod razzjonali nlaħħqu mad-domanda ta’ kulħadd.
Fl-istess ċerimonja tkellem ukoll is-Segretarju Parlamentari Chris Agius dwar kif għotijiet bħal dawn huma biss ħaġa żgħira tal-kontribut li qed jagħmlu dawn iż-żgħażagħ fil-qasam sportiv ta’ pajjiżna.