Fi stqarrija l-Ministeru tal-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni ħabbar rikompożizzjoni fil-Bord tal-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni.
Il-Bord tal-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni l-ġdid se jikkonsisti minn:
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
- Chairperson: il-Perit Simon Saliba
- Viċi Chairperson: Dr Ian Borg
- Membri: Dr Marouska Debono, il-Perit Herman Bonnici, l-Inġinier Ray Pellicano, il-Perit Ivan Piccinino, Kurt Farrugia, l-Inġinier Chris Borg, il-Perit Krista Xuereb, Dr David Bonello u l-Inġinier Robert Schembri
- Segretarja: Jessica Schembri
Il-Ministru Jonathan Attard irringrazzja liċ-Chairperson u l-kumplament tal-membri tal-Bord għall-ħidma mwettqa minnhom fl-aħħar snin, waqt li awgura lil membri tal-bord il-ġdida.