Żewġ persuni tilfu ħajjithom u oħrajn indarbu, fil-belt ta’ Ahmedabad li tinsab fil-Punent tal-Indja. Dan wara li tkissret waħda mir-rikbiet fit-theme park.
Ir-rikba li kienet magħrufa bħala Discovery kienet qisha pendlu forma ta’ ċirku li kienet titla’ fil-għoli. Għal xi raġuni, soffriet xi ħsarat u minħabba f’hekk ikkraxxjat mal-art.
B’rabta ma’ dan il-każ infetħet inkjesta.