Il-kantanta Rihanna tellgħet lil missierha l-Qorti u akkużatu li qed jieħu vantaġġ minn isimha biex javvanza fid-dinja tal-business.
Missierha, Ronald Fenty, u l-business partner tiegħu gidbu billi qalu li hi konnessa mad-ditta tagħhom Fenty Entertainment.
L-aġir tagħhom m’għamilx ġid għad-ditta tagħha. Rihanna talbet lill-Qorti biex ma jħalluhomx jużaw l-isem Fenty.
Skont il-kawża, Rihanna hi sidt it-trejdmarks fl-Istati Uniti.
Is-Sur Fenty u bintu Rihanna għandhom relazzjoni mhux favorevoli. Missierha nieda l-kumpanija Fenty f’California fl-2017 mal-business partner tiegħu Moses Perkins.
“Għalkemm is-Sur Fenty huwa missier Rihanna, qatt ma kellu d-dritt li juża t-trejdmark tagħha u biex jieħu vantaġġ minn dan.”
Skont il-kawża, dan l-aġir imur kontra l-kunċett tal-avviżi, kompetizzjoni u privatezza u għamel danni irreparabbli.