Il-kantanta magħrufa internazzjonalment Rihanna għadha kif ħarġet linja tal-make-up ġdida.
Il-linja li ġġib l-isem ta’ ‘Fenty Beauty’ ġiet mfaħħra għall-kwalita’ tal-prodotti tagħha u għall-għażla vasta ta’ sfumaturi tal-foundation – ‘il fuq minn erbgħin.
L-istilla tal-RnB qalet li ilha taħdem fuq din il-linja qabel ħarġet fis-suq għal dawn l-aħħar sentejn. Hija sostniet li b’din il-linja ġdida tixtieq tagħti risposta lill-kumpaniji oħrajn tal-kożmetika li ma joffrux prodotti għal kuluri tal-ġilda differenti.
Għalkemm bbażata fl-Amerka, il-prodotti ta’ Fenty Beauty jistgħu jinxtraw ukoll minna l-Maltin minn fuq s-sit uffiċjali : https://www.fentybeauty.com .