Il-gżejjer Maltin illum il-Ħadd inħakmu minn riħ qawwi li oriġina mill-Punent il-Lbiċ.Is-sit li jbassar it-temp, FirstMalta, spjega kif ir-riħ mistenni jibqa’ qawwi sa tard wara nofsinhar u jbatti ftit wara s-6pm ta’ filgħaxija.
Dan qed iseħħ hekk kif sistema ta’ pressjoni baxxa li oriġinat fuq l-Afrika se tersaq lejn iċ-ċentru tal-Mediterran. Ir-riħ jilħaq Forza 6 – 7 u xi kultant imiss il-Forza 8.