Spazju, li kien mitluq għal bosta snin fi Triq il-Ħabs l-Antik fil-Birgu, issa nbidel f’wieħed miftuħ u riġenerat li jista’ jitgawda. Dan il-proġett ġie ffinanzjat mill-Aġenzija LESA u tmexxa mill-Kunsill Lokali tal-istess belt.
Ix-xogħlijiet kienu jikkonsistu f’tisbiħ taż-żona, installazzjoni ta’ bankijiet u għamara oħrajn, u tħawwil ta’ siġar taż-żebbuġ.
Fi żjara li għamel fuq il-post, il-Ministru għall-Intern, Byron Camilleri, qal kif, permezz tal-Aġenzija LESA, il-Gvern qed ikompli jinvesti fil-qalba tal-lokalitajiet.
Permezz tal-LESA, twettqu jew qed jitwettqu sittin proġett fil-qalba tal-lokalitajiet, bi sħab mal-kunsilli lokali u b’investiment ta’ xejn inqas minn tliet miljun ewro.