L-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu tixtieq tinforma lill-pubbliku li, flimkien mall-Fondazzjoni għall-Iżvilupp taz-Zoni Turistiċi, se twettaq eżerċizzju ta’ riġenerazzjoni ta’ ramel fil-bajjiet ta’ San Ġiljan u ta’ Buġibba.
Nhar it-Tnejn, 14 ta’ Mejju u nhar it-Tlieta, 15 ta’ Mejju, il-Bajjiet ta’ San Ġorġ f’San Ġiljan u l-Perched Beach ta’ Buġibba se jkunu magħluqa. Fis-16 u possibilment 17 ta’ Mejju, il-Bajja ta’ San Ġorġ se tkun magħluqa, flimkien ma’ Triq ix-Xatt ta’ San Ġorġ.
Se jkun hemm il-preżenza ta’ Pulizija tad-Distretti rispettivi jikkordinaw it-traffiku fiz-zoni konċernati.
Dan l-eżerċizzju jiddependi mill-kundizzjonijiet tat-temp u l-impenn tal-MTA jibqa dak li jiżgura bajjiet ta’ kwalita’. Infatti dan l-eżerċizzju se jitwettaq sabiex jitjieb il-prodott offrut lill-Maltin u lit-turisti.