B’investiment ta’ iktar minn €10 miljun se jkun riġenerat il-kumpless Rużar Briffa f’San Vinċenz De Paul. Xogħol mhux biss kożmetiku, imma li se jinvolvi riġenerazzjoni u titjib tal-istrutturi eżistenti, u saħanistra estensjoni bl-iskop aħħari li jiżdiedu mhux biss is- sodod, iżda wkoll il-faċilitajiet.
B’hekk ir-residenti hawnhekk jingħataw servizz dinjituż tal-ogħla kwalità, u l-ħaddiema wkoll ikollhom ambjent li joffrilhom post tax-xogħol xieraq.
Il-proġett se jkun maqsum fi tliet fażijiet. L-ewwel fażi, li għaddejja bħalissa u mistennija titlesta sal-aħħar tas-sena d-dieħla, tinvolvi ir-ristrutturar u tisbieħ ta’ parti mill- kumpess. It-tieni parti tagħmel l-istess għall-parti l-oħra tal-kumpless, wara r- rilokazzjoni tal-pazjenti. Fl-aħħar nett, it-tielet fażi se tfisser l-estensjoni ta’ dan il- kumpless.