Raġel spiċċa l-ħabs wara li f’jum San Valentinu tah bosta rigali lil martu li bħalissa għandha ordni ta’ protezzjoni fil-konfront tagħha. Fil-Qorti nstema’ li tliet ijiem wara li r-raġel ta’ 57 sena mar għand il-mara li qed tissepara minn miegħu u taha numru ta’ rigali fosthom par imsielet u ġiżirana, huwa ntefa’ barra l-bieb ta’ darha u beda jħabbtilha kontinwament.
Riżultat ta’ dan marru l-Pulizija u ġabruh.
Huwa ċaħad li kiser kundizzjonijiet imposti fuqu u baqa’ jinżamm arrestat.