Għal żmien il-Milied bosta jerħulha f’xi lokalità Maltija maħrufa għall-ħwienet, bħall-Belt Valletta jew Tas-Sliema, biex jixtru r-rigali għall-jum tal-Milied.
Iżda dan mhux dejjem ikun il-każ hekk kif illum il-ġurnata wieħed jaf isibha aktar faċli li jidħol fuq l-internet u jixtri r-rigali onlajn. Dan forsi għax jiffranka xi ftit jew għax ikollu għażla aktar vasta onlajn milli jkollu f’ħanut lokali.
Onenews.com.mt tkellem ma’ persuni li kienu l-Belt Valletta dwar minn fejn jippreferu l-aktar jixtru.