Is-Segretarju Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Anthony Aguis Decelis żar id-dar residenzjali tal-anzjani ġewwa l-Mosta sabiex jawgura lill-anzjani Jum l-Omm mill-isbaħ.
Waqt din l-attività ġew imqassma rigali lill-anzjani għal Jum l-Omm. Dawn ġew mogħtija mill-welfare committee u tqassmu f’kull dar residenzjali.
Anthony Agius Decelis f’dawn il-ġranet żar ukoll id-djar residenzjali tal-anzjani ġewwa l-Imsida u l-Imtarfa fejn awgura lill-anzjani u rringrazzjahom tat-trobbija li taw lill-uliedhom u l-valuri sbieħ li rawmu fihom. Huwa ħeġġiġhom jibqgħu attivi u jħarsu lejn il-ħajja b’mod pożittiv.
Is-Segretarju Parlamentari fakkarhom kemm l-anzjani jfissru għan-neputijiet tagħhom u biex jgħożżu l-mumenti li jqattgħu flimkien.