L-Għawdxin li jixtiequ jagħti rigal lit-tfal, bħala parti mill-inzijattiva ‘Rigal b’Imħabba’, jistgħu jagħmlu dan billi jpoġġuhom ħdejn is-siġra tal-Milied f’Villa Rundle.
Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri ħeġġeġ lil kulħadd sabiex, jekk jistgħu, jagħtu rigal sal-20 ta’ Diċembru li ġej.
Intant, ir-rigali taħt is-siġra tal-Milied fi Pjazza Kastilja se jkunu jistgħu jibdew jitpoġġew mit-12 ta’ Diċembru ’l quddiem bil-qofol tal-inizjattiva tilħaq l-għeluq tagħha fil-21 ta’ Diċembru.
Dan filwaqt li taħt is-siġra tal-Isptar Mater Dei, Jake Vella qed jiġbor ikel jew prodotti għall-annimali abbandunati.