Ġenituri li jibagħtu lil uliedhom fi skejjel indipendenti, kif ukoll dawk li jattendu skejjel tal-Knisja, se jkunu qed igawdu minn tnaqqis fit-taxxa fuq miżati mħallsa.
Il-Ministru Edward Scicluna spjega kif is-sena d-dieħla l-Gvern se jżid dan it-tnaqqis għal €1,600 fis-sena għal kull wild li jattendi ċentru ta’ kindergarten; €1,900 fis-sena fil-każ ta’ skola f’livell primarju, u €2,600 għall-wild li jattendi skola f’livell sekondarju, żieda ta’ 300 ewro għal kull wild.
Spjega kif dawn il-ġenituri issa bdew jiġu pprovduti b’trasport b’xejn għal uliedhom.