Il-Ministru Edward Scicluna qal li fl-2017 se jkunu qed jitwettqu dawn il-miżuri prinċipali fil-qasam tal-ġustizzja
- aktar prosekuzzjonijiet jitmexxew mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u mhux mill-Korp tal-Pulizija;
- jitwaqqaf reġistru elettroniku ta’ kumpaniji jew persuni dikjarati insolventi;
- tkompli tissaħħaħ il-medjazzjoni bħala mod alternattiv biex wieħed jirriżolvi t-tilwim; u
- ikompli jiżidied l-ammont ta’ atti ġudizzjarji li jistgħu jiġu preżentati online;
Fl-2017 se jiżdiedu tlett awli ġodda fil-bini tal-Qorti biex l-ammont ta’ awli jitla’ għal 27 u nagħmlu faċilitajiet infrastrutturali oħra bħal-librerija u training room ġdida.
Se jsir studju dwar jekk wasalx il-mument li f’pajjiżna jkollna mill-ġdid sezzjoni tal-Kummerċ fi ħdan il-Qorti Ċivili.
Se tkompli tissaħħaħ l-Aġenzija tal-Għajnuna Legali u titwettaq il-wegħda li jiġi assenjat imħallef biex iservi fil-Qorti ta’ Għawdex.
Se jkomplu jiżdiedu r-riżorsi u jitjiebu iktar il-faċilitajiet eżistenti fil-Qorti tal-Familja.
Fl-2017 se jkun estiż il-proġett pilota tas-sistema ġdida tal- informatika fil-kamp kriminali.