L-Erbgħa l-Vatikan ħabbar li se jagħti d-dritt tal-vot lil ħames nisa fis-SIndu tal-Isfqijiet, li s-Segretarju Ġenerali tiegħu huwa l-Kardinal Mario Grech.
Din l-aħbar ġiet irrappurtat minn bosta siti internazzjonali, fejn innutaw il-fatt li Papa Franġisku kompla jsaħħaħ id-dritt u l-vuċi tan-nisa fid-deċiżjonijiet li jittieħdu fil-Knisja Kattolika, li sa ftit ilu kienet għadha ddominata mill-irġiel.
In-nisa, li huma sorijiet se jingħaqdu ma bosta reliġjużi oħra sabiex jagħtu l-pariri lill-Papa.
Papa Franġisku ħabbar ukoll li flimkien mas-sorijiet se jkun hemm 70 membru reliġjuż, bil-maġġoranza tagħhom żgħażagħ, bid-dritt tal-vot u li mhux saċerdot jew Isqof.
Din qed titqies bħala riforma fil-Knisja Kattolika u kif is-Suċċessur ta’ Pietru qed iqarreb il-Knisja aktar lejn in-nies.