“Riforma li aħna l-avukati ilna nħossu l-bżonn tagħha għal snin twal.” Kien b’dan il-mod li l-Avukat Ezekiel Psaila ddeskriva l-prinċipji li ħarġu mir-riforma dwar l-inkjesti maġisterjali, ippreżentata mill-Prim Ministru Robert Abela u l-Ministru għall-Ġustizzja Jonathan Attard, il-Ħamis.
Ma’ ONE News, l-Avukat Psaila nnota l-bażi ewlenija ta’ dan kollu.
“Permezz ta’ dawn il-liġijiet, li qed jidher li qed jiġi introdott, hu kontabbiltà għal min se jagħmel ir-rapport, protezzjoni għall-vittmi u protezzjoni għal min ikun akkużat. Hawnhekk, bħala Gvern, nemmen li ħa dan il-pass għal żewġ raġunijiet. Biex isaħħaħ id-dritt li diġà jeżisti u biex jagħti l-fakultà li l-persuna li se jagħmel azzjoni, kulħadd ikollu għalxiex jirrispondi.”
Eżekiel Psaila – Avukat
Dr Psaila anke ta eżempju tan-nuqqas li hemm fil-liġi llum il-ġurnata u kif ir-riforma ppreżentata mill-Gvern issa se tindirizzah.
“Dalgħodu għadna kif smajna waqt il-kawża tal-Vitals xhud prinċipali li ma deherx u m’attendiex fil-Qrati tagħna. Din hi xi ħaġa li, fil-liġi bħalissa kif qegħda, mhemm ħadd li jista’ jiddefendiha, jikkontestaha, ħlief li ġġib proċeduri kkomplikati mill-ambitù kriminali.”
Eżekiel Psaila – Avukat
L-Avukat Ezekiel Psaila rrefera anke kif l-ewwel pass f’din ir-riforma hu li persuna tmur għand il-Pulizija u, wara sitt xhur, jekk wieħed ma jkunx sodisfatt, jista’ jmur dirett għand imħallef.
“Il-Pulizija huma l-fort investigattiv, huwa l-lok fejn għandhom l-għodda neċessarja biex tagħmel investigazzjoni u l-Gvern mhux qed jgħid ma tistax tmur għand il-maġistrat inkwirenti, però trid tagħti żmien sakemm il-Pulizija jinvestigaw, which is only fair. Xi ngħidu, imbagħad għall-vittmi, fejn issa permezz tar-riforma se jkollhom il-fakultà li jkollhom rimedju biex jaraw fejn wasal il-proċess u ma jibqgħux fil-għama u limbu.”
Eżekiel Psaila – Avukat
Hawnhekk hu tenna wkoll kif dan kollu se jaqta’ l-abbużi li wieħed jista’ jagħmel mill-proċess ġudizzjarju preżenti.
“Milli nistgħu nifhmu aħna l-avukati u li kuntenti ħafna għax nitkellmu fil-kurituri tal-Qorti, kuntenti b’dawn l-avvanzi, jidher li l-ewwel nett li jekk ikun hemm suspett u nfetħet inkjesta partikolari biex infittex fuq dik il-persuna mhux se tiġi miftuħa fuq min jidhirli u fejn taħbat, jiġifieri, bl-Ingliż, its not a fishing expedition, u t-tieni lok li dak il-persuna tkun tista’ tirrispondi u tkun taf u jkollha ċerta informazzjoni jekk jinstab il-ħtieġa u mhux tibqa’ taħt investigazzjoni ad eternum.”
Eżekiel Psaila – Avukat