Il-Prim Ministru Joseph Muscat esprima sodisfazzjon waqt laqgħa li kellu ma’ delegazzjoni Koreana, ftit biss bogħod minn meta Malta jkollha l-presidenza tal-Kusill tal-Unjoni Ewropea.
Ma jistax jonqos li l-Prim Ministru jsemmi r-rata ta’ qgħad, li l-Eurostat ikkonfermat li huwa l-inqas fl-Unjoni Ewropea. Stqarr li dan ma kienx faċli, meta tikkonsidra li llum ngħixu f’ekonomija globali. Esprima sodisfazzjon li seta’ jaqsam din l-aħbar mal-Koreani, filwaqt li l-Ministru għall-affarijiet barranin Korean qal li jinsab impressjonat b’dawn ir-riżultati.
Il-Ministru Yun Byung-Se qal li din hija riflessjoni ta’ tmexxija tajba, li se tiswa ta’ ġid għall-Presidenza f’Jannar.
Ir-rappreżentati tal-Korea t’Isfel esprimew ix-xewqa li jsaħħu r-relazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi filwaqt li jiċċelebraw it-tradizzjonijiet ta’ xulxin.
Intant il-Minsitru Malti għall-Affarijiet Barranin George Vella kellu taħdidiet mal-Ministru Korean, f’din l-ewwel żjara uffiċjali f’Malta minn dan il-pajjiż mindu bdew relazzjonijiet diplomatiċi fl-1965.